Salvu: 'Kull Laburist li jiftaħ ħalqu jispiċċa jitfewwaq u mingħalih li qiegħed jirraġuna'

Salvu Mallia, kandidat tal-PN, jerġa jisplodi u f'messaġġ aħrax jgħid illi l-Laburisti qed jappoġġjaw lit-tradituri - jgħid li hu ma jaħmilx lil min fil-PN qed jgħin lil min irid jixtri l-passaport

Salvu Mallia
Salvu Mallia

Ftit mumenti biss wara is-sejħa tal-President tar-Repubblika għall-għaqda Salvu Mallia, kandidat tal-PN, ħareġ il-kanuni kollha u beda jispara bl-bil-qawwa kontra l-Gvern, l-parittarji Laburisti u anke kontra dawk fil-Partit Nazzjonalista li għandhom klijenti li jridu jixtru l-passaport Malti. Dwar dawn tal-aħħar Mallia, taħt messaġġ li tella fuq Facebook hu stess dwar Identity Malta, huwa kien pjuttost qawwi fi kliemu, kontra dawk in-Nazzjonalisti li għandhom klijenti li jridu jixtru iċ-ċittadinanza. Fost dawn huwa mifhum li hemm Anne Fenech.

'Ħa nkun pastaż. Ghala z***i minnhom u huma jafu li jien xej m'għandi grazzja magħhom u mal-ġakbinita' tagħhom. Kieku int Malti taqbel mieghi mhux taqbeż għal min qed jaħ***k pajjiżek. Issa jekk trid tgħidli ħamallu u baxx biċċa tieghek, imma nies bħalek u bħat-tradituri li tissapportja int ma jistħoqqilhom li tkellimhom aħjar. Imisskom tistħu, il-ħ**i tagħkom tridu titfgħuh fuq ħaddiehor.'

Hekk kif il-qiegħa bdiet tisħon Mallia akkuża lill-Laburisti li qed jappoġġjaw lit-'tradituri' u nies li 'ħ**w lil-pajjiżna.' F'punt minnhom Mallia saħaq illi 'tassew kull Laburist li jiftaħ ħalqu jispiċċa jitfewwaq u mingħalih li qiegħed jirraġuna.'

Huwa jgħid illi hemm bosta nies li ddispjaċihom illi l-programm tiegħu tneħħa minn fuq it-TV, fosthom laburisti u jisħaq li hu 'qatt u qatt' ma kien Laburist għalkemm fl-aħħar elezzjoni jgħid li ħalla lill-PL 'jitne**ek bija.'

Biċċa minn dak li tefa' Mallia fuq Facebook b'risposta għal xi ħadd fuq Facebook
Biċċa minn dak li tefa' Mallia fuq Facebook b'risposta għal xi ħadd fuq Facebook

 

 

More in Politika