'Aġħtu ċ-ċittadinanza lit-tfal li twieldu hawn'

Il-Partit Demokratiku jgħid illi ladarba t-tfal ta' ġenituri li se jkunu deportati ma jistgħux jintbagħtu lura minħabba li m'għandhomx dokumenti fl-Eritrea...dawn għandhom jingħataw iċ-ċittadinanza

PD - 'Tuhom iċ-ċittadinanza'
PD - 'Tuhom iċ-ċittadinanza'

Fl-okażżjoni tal-jum dinji għad-drittijiet umani, il-Partit Demokratiku filwaqt li jinnota l-progress li sar fejn jidħlu d-drittijiet ċivilli li kien hemm bżonn tagħhom, jinnota ukoll il-fatt li drittijiet bażiċi u fundamentali ta' xi wħud mhumiex qegħdin ikunu mħarsa.

Il-PD fakkar illi Carmelo Abela milux qal li tfal ta' Eritrejani li twieldu f'Malta ma jistgħux jintbgħatu lura għax id-dokumenti tagħhom ma jeżistux fl-Eritrea. Għalhekk il-PD staqsa jekk dan ifissirx li dawn it-tfal allura huma bla ċittadinanza. Jekk hu l-każ, mela dawn it-tfal għandhom jingħatu ċittadinanza Maltija, saħaq l-istess partit. 

Fil-każ tal-Maljani li se jkunu qegħdin jiġu deportati, uħud minnhom ilhom Malta, jaħdmu u integraw fis-soċjeta Maltija. Filwaqt li nifhmu li dan kien parti minn ftehim, naħsbu li persuni li integraw fis-soċjeta Maltija u li ilhom hawn għal dan iż-żmien kollhu għandhom dritt għaċ-ċittadinanza iktar minn miljunarju li qatt ma rifes fuq din l-art.

'Fid-dawl ta' dan kollu, wasal iż-żmien biex nerġgħu nqajjmu l-kwistjoni taċ-ċittadinanza,' kompliet tgħid l-istqarrijan li fakkar kif bħalissa kif inhuma l-affarijiet, 'jekk ma għandekx biex tixtri waħda, trid tistenna ż-żmien jgħaddi u wara li jgħaddi ż-żmien u tkun ssodisfjat ċertu kriterji, hi ukoll suġġettiva għad-diskrezzjoni tal-ministru tal-ġurnata. Din it-tip ta' sistema hi inġusta għall-aħħar u għandha tiġi reveduta u mibdula biex b'hekk inkunu nistgħu niggarantixxu d-drittijiet bażiċi u fundamentali li kull persuna li tgħix fuq il-gżejjer tagħna.'

More in Politika