Tlieta minn kull 10 studenti qalgħu xebgħa minn studenti oħrajn

32% tal-Kapijiet tal-Iskejjel jirrapurtaw każi ta' għalliema intimidati mill-għalliema stess

30% tal-istudenti jgħidu li xi darba ġew msawwtin fl-iskola
30% tal-istudenti jgħidu li xi darba ġew msawwtin fl-iskola

Skont rapport dwar ix-xejriet fl-Istudji Internazzjonali tax-Xjenza u l-Matematika 32% tal-kapijiet tal-iskola, indikaw li kien hemm problema ta’ intimidazzjoni jew abbuż verbali fuq l-għalliema fl-iskejjel tagħhom. Minkejja li dan jimmarka minoranza konsiderevoli, r-rata ta’ Malta fejn għandha x’taqsam id-dixxiplina fl-iskola hija inqas severa minn dik f’pajjiżi oħrajn li pparteċipaw f'dan l-istudju.

Kif mistenni, meta fl-iskola ġie rrappurtat li kien hemm ftit jew xejn problemi ta’ dixxiplina, ir-riżultati u l-andament tal-istudenti kien aħjar, fis-suġġetti ta’ matematika u xjenza.

Dan ir-rapport jindika wkoll li l-kapijiet tal-iskola qalu li fl-iskejjel tal-istat, wieħed isib l-aktar inċidenza għolja ta’ każi ta’ nuqqas ta’ dixxiplina, segwiti mill-iskejjel indipendenti, u bl-inqas każi ta' nuqqas ta' dixxiplina jiġu l-iskejjel tal-Knisja. Fir-rapport, il-kapijiet tal-iskola ukoll indikaw diversi problemi oħra li jaraw preżenti fl-iskejjel, fost l-oħrajn issemmew il-vandaliżmu, id-distrazzjonijiet fil-klassi, kliem ħażin u anke serq.

Min-naħa l-oħra, l-istudenti wkoll tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom fl-iskola, partikolarment dwar il-bullying, u jekk qatt dawn spiċċawx vittma. Fil-fatt, fir-rapport joħroġ li 45% tal-istudenti li ħadu sehem qalu li xi darba jew oħra, studenti gidbu fuqhom, 30% qalu li xi darba ġew imsawta jew imweġġgħin u 23% qalu li ġew imġiegħla jagħmlu affarijiet li ma ridux. Jidher ukoll li l-istudenti maskili kienu iktar vittma ta’ dan il-bullying milli l-istudenti bniet.

More in Politika