Il-proġett tal-White Rocks se jitnieda qabel it-tmiem tal-leġiżlatura

Il-proġett mhux se jkun qed jinkludi bini high rise

Il-proġett ta' White Rocks f'Baħar iċ-Ċagħaq, li ilu jissemma li se jiġi żviluppat għal snin sħaħ, għandu jitnieda u jitħabbar sa qabel l-elezzjoni, jiġifieri qabel ma tintemm din il-leġiżlatura.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona waqt li kien mistieden fil-programm Xtra fuq TVM ilbieraħ filgħaxija.

Cardona qal li l-proġett se jkun qed jinkludi riġenerazzjoni kompluta tal-istrutturi li diġà hemm eżistenti, u mhux se jiġu inklużi żviluppi high rise.

"Bħalissa għaddejjin bil-proċess tad-due diligence ma' dawk li għamlu l-offerti tagħhom, u qed nittamaw li nkunu nistgħu nvaraw il-proġett sa tmiem il-leġiżlatura," qal Cardona meta mistoqsi mill-preżentatur Saviour Balzan.

Il-Gvern kien nieda s-sejħa internazzjonali għal konċessjoni għad-disinn, bini u operat tal-White Rocks Malta fl-20 ta’ Ġunju 2014. B’kollox, minn dakinhar, fil-Privatisation Unit daħlu 139 talba għal aktar informazzjoni, li minnhom, sakemm skada ż-żmien għall-ġbir tad-dokument tal-EOI, kien hemm 17 li ġabru d-dokument.

More in Politika