Air Malta: L-Oppożizzjoni ma’ kull ċans tipprova tagħmel il-ħsara

Il-Gvern jinnota l-istqarrija li ħarġet biha l-Oppożizzjoni llum dwar l-Air Malta.

Il-Gvern nnota b'dispjaċir illi hija ħasra li "minkejja li għall-gallarija tgħid li ma ddaħħalx politika partiġjana, l-Oppożizzjoni ma’ kull ċans tipprova tagħmel il-ħsara u ma titlifx opportunità li titla’ fuq xi karru politiku anke fejn jidħlu deċiżjonijiet kummerċjali tal-linja tal-ajru."

Il-management u l-board tad-diretturi tal-Air Malta qed jieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn f’settur tal-linji tal-ajru Ewropew tant kompetittiv sabiex l-Air Malta tibqa’ fuq saqajha, fakkar il-Gvern filwaqt li saħaq li kien taħt amministrazzjoni tal-PN stess li ftit tas-snin ilu ġabet lill-kumpanija f’xifer il-falliment u daħal fi pjan ta’ ristrutturar mal-Kummissjoni Ewropea fejn f’daqqa waħda qata’ ħesrem ammont kbir ta’ rotot li tat lok li linji tal-ajru oħra jidħlu f’rotot lukrattivi għalina."
Fejn tidħol l-Air Malta, kompla jisħaq il-Gvern "se jħares ‘l quddiem u se jkompli jaċċerta l-vijabbiltà kummerċjali tal-linja tal-ajru.
"Li hu żgur hu li l-Gvern ma tantx jista’ jieħu lezzjonijiet mill-Oppożizzjoni fuq l-Air Malta għaliex l-Oppożizzjoni m’għandha l-ebda kredibbiltà fejn tidħol l-Air Malta."

More in Politika