Mixja fuq id-Dwejra taf issallbek b'multa ta' €1,500

L-ordni se tibqa' valida sa Ġunju meta mbagħad tidħol leġiżlazzjoni permanenti

Kull min jinqabad jimxi jew jaqbeż mill-monument naturali Għawdxi tad-Dwerja se jaqla' multa ta' €1,500. Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu hekk kif ħarġet ordni ta' nfurzar mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, ġimgħa wara li partijiet mid-Dwejra bdew jaqgħu hekk kif raġel qabeż għall-baħar. 

Għalhekk l-Awtorità iddeċidiet li ħadd ma jista' jimxi, jixxabbat jew jaqbeż minn fuq id-Dwejra u min jinqabad jagħmel dan, ikollu jaffaċċja multi ta', mill-inqas, €1,500. Din l-ordni se tkun valida sa Ġunju tas-sena d-dieħla, meta mbagħad ikun hemm leġiżlazzjoni permanenti. 

Se jitwaħħlu sinjali ta' twissija u se jkun impjegat xi ħadd illi se jkun qed idur u jissorvelja ż-żona. 

 

More in Politika