Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

'Għawdex għandu bżonn ta' awtorità reġjonali fl-interess tal-Għawdxin'

Alfred Sant jitkellem f'konferenza dwar l-Iżvilupp ta' Għawdex fl-Ewropa

John Busuttil / 31 t'Ottubru 2016 09:38
Għawdex għandu bżonn Awtorita' Reġjonali li titmexxa fl-interess tal-Għawdxin waqt li tibqa' tiġbed il-ħin kollu l-ħabel tal-gvern tal-ġurnata. Dan qalu Alfred Sant meta indirizza Konferenza dwar l-Iżvilupp ta' Għawdex fl-Ewropa. Sant qal li se jibqa' jappoġġja kull miżura biex Għawdex jieħu dak li huwa tiegħu u jagħmel tajjeb għall-iżvantaġġi li għandu minħabba l-insularita' doppja. L-Għawdxin ma jistgħux jistennew li l-Unjoni Ewropea se ssolvi l-problemi tiegħu. Iridu jkunu l-Għawdxin li jsolvu l-problemi tagħhom. Għawdex jonqsu ħtieġa strateġika li jitmexxa bħala reġjun. 'Kienet f'waqtha ir-riferenza għal Għawdex fil-Budget li jiffoka fuq ir-reġjonalita' tiegħu.' saħaq Alfred Sant

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea mhux se jinbidlu la għal Għawdex u lanqas għal gżejjer oħra tal-Unjoni Ewropea. 'Ir-regoli tal-UE jaħdmu kontra Għawdex u kontra gżejjer oħra fil-periferija tal-Ewropa. L-istess jiġri fi gżejjer oħra bħal Korsika u Sardegna fejn il-popolazzjoni ta' dawn il-gżejjer għandhom l-istess sfidi li għandha l-gżira Għawdxija.'

L-Unjoni Ewropea ma tagħmilx distinzjoni bejn Malta u Għawdex u ma tagħrafx lil Għawdex bħala reġjun. 'Fil-Parlament Ewropew nisħaq li r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni ma jagħmlux sens għal gżejjer bħal Għawdex.  Dawn ir-regoli ma jippermettux li l-istat jagħti l-għajnuna għal servizzi ta' 'fast ferry' bejn Għawdex u Malta u bejn il-bqija tal-Mediterran li huwa tant meħtieġ bħalissa għal raġunijiet soċjali u kummerċjali. 'Irridu nifhmu li dawn ir-regoli mhumiex se jinbidlu u għalhekk iridu jkunu l-Għawdxin li jsibu s-soluzzjonijiet għall-isfidi li għandhom quddiemhom.'

Il-pajjiżi l-kbar tal-UE jiddefendu l-interessi ta' pajjiżhom. Meta titla' l-proposta li l-Parlament Ewropew ma jiltaqax aktar Strasburgu minħabba ħala ta' flus u raġunijiet loġisitiċi oħra, Franza mill-ewwel toħroġ kontra dan minħabba li Strasburgu jinsab f'pajjiżha. Malta għandha tieħu l-istess pożizzjonijiet f'deċiżjonijiet li jaffettwaw ħażin l-attivita' soċjali u ekonomika fil-gżejjer tagħna u qed tagħmel sew li qed toġġezzjona għall-proposta tal-armonizzazzjoni fis-sistema tat-tassazzjoni għax dan ma jaqbilx għalina.

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook