'Il-PN qed jissielet ma' €22 miljun dejn'

Sorsi mill-PN jiddieħqu biċ-ċifra ta €3 miljuni fi flus miċ-cedoli ... l-ismijiet ta' min qed jagħti flus lill-PN jibqgħu 'sigrieti' 

L-Orizzont tikkwota sorsi li jgħidu illi l-PN għandu dejn li jlaħħaq it- €22 miljun
L-Orizzont tikkwota sorsi li jgħidu illi l-PN għandu dejn li jlaħħaq it- €22 miljun

F'rapport fuq il-ġurnal tal-GWU l-Orizzont ġie rrapurtat illi l-Partit Nazzjonalista bħalissa u minkejja l-isforzi kollha, għadu qed jiffaċċja mat-€22 miljun fi djun. Sorsi li tkellmu mal-istess ġurnal qalu li jekk hu veru, dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, jiġifieri li mill-iskema Cedoli l-PN daħħal €3 miljuni "dawn xorta lanqas ikunu biżżejjed biex ikopru  l-interessi li akkumulaw fuq €22 miljun dejn" 

Is-sorsi tal-Orizzont qalu li fil-PN teżisti "rassenjazzjoni b'indikazzjoni ta' telfa oħra." Dan apparti li dawk li tkellmu mal-istess ġurnal prattikament iddieħqu bl-istqarrija tal-PN illi l-partit ġabar €3 mijuni mill-iskema taċ-ċedoli filwaqt li akkużaw lil Busuttil illi qed jipprova jagħlaq ħalq il-kritiċi tiegħu fil-partit u barra minnu wkoll." 

Minkejja li l-Kap tal-PN qed jgħid illi l-partit ġabar €3 miljuni mill-iskema taċ-Ċedoli, s'issa ħadd ma jaf min qed jagħti tali donazzjonijiet. Dan kien punt illi dwaru l-PN kien ikkritikat hekk kif kien akkużat, minn esponenti tal-Partit Laburista, u diversi opinjonisti illi qed joħloq sistema li mhux trasparenti u li jista' allura jkollu obbligi lejn min qed jagħti d-donazzjonijiet jekk il-PN jerġa jkun fil-Gvern wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. 

More in Politika