Il-Malta Developers Association tilqa' l-amnestija dwar l-irregolaritajiet

L-MDA taqbel fil-prinċipju ma’ din l-amnestija biex irregolaritajiet żgħar f’bini eżistenti jkunu jistgħu jiġu sanzjonati

L-MDA tilqa’ l-Avviż Legali fuq irregolaritajiet
L-MDA tilqa’ l-Avviż Legali fuq irregolaritajiet

Il-Malta Developers Association (MDA) tirreferi għall-amnestija li se tingħata mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biex irregolaritajiet żgħar f’bini eżistenti jkunu jistgħu jiġu sanzjonati.

L-MDA taqbel fil-prinċipju ma’ din l-amnestija għaliex hawn numru sostanzjali ta’ sidien ta’ proprjetà, fosthom familji, li għandhom numru ta’ irregolaritajiet u li ma setgħu qatt jiġu sanzjonata. Dawn baqgħu hekk fuq il-karta għal numru ta’ snin b’dannu għas-sidien li jkunu jridu jbiegħu il-proprjetà tagħhom. Amnestija bħal dik imħabbra hi l-unika rimedju għal din it-tip ta’ problema.

L-MDA madankollu jenfasizza li l-Awtorità għandha tieħu in konsiderazzjoni l-impatt li jistgħu jħallu fuq il-madwar sabiex nevitaw anomaliji ġodda.

L-MDA tappella lill-membri tagħha kollha li fejn biegħu proprjetajiet b’dawn l-irregolaritajiet li ġew preskritti għandhom iħossu ruħhom responsabbli u jagħmlu tajjeb volontarjament għal ħlas ta’ fees li dawn is-sidien attwali jridu jħallsu attwali biex jiġu ‘in regola’.

Fl-aħħar nett, l-MDA tappella wkoll lill-awtoritajiet biex mil-lum ’il quddiem jiżdiedu l-pieni għal kull min qiegħed jabbuża u jikser il-liġi.

More in Politika