'Il-Pulizija ma ħaditx azzjoni għax Neville Gafa', ħabib tal-Prim' - Busuttil

Wara li l-pulizija ma ssib l-ebda prova ta' reat, il-Kap tal-PN jagħmel allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-Pulizija

Neville Gafa
Neville Gafa

Il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, permezz ta' tweet għamel allegazzjonijiet serji fil-konfront tal-korp tal-pulizija, wara li allega li l-korp naqas milli jieħu azzjoni kontra Neville Gafa' rigward il-każ tal-viżas mediċi, sempliċiment minħabba li dan huwa ħabib tal-Prim Ministru. Busuttil, fi tweet irrefera għall-każ tal-ħruġ ta' viżas mediċi, fejn il-Pulizija qalu li ma sabu l-ebda evidenza ta' reat, u għaldaqstant ma kinux se jkomplu għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom. F'dan il-każ, ġie allegat li Gafa kien għamel xi flus b'mod illeċtu biex joħroġ viżas mediċi.

Intant, ilbieraħ, il-kelliema għall-PN tas-saħħa, Claudette Buttigieg sostniet li Gafa messu irreżenja, u rigward il-pulizija, sostniet li, "Ara taħseb li se naċċettaw min jgħidilna 'għax s'issa ma sibna xejn'. Jekk ma sibtu xejn ibqgħu fittxu" 

More in Politika