'Konferma ta’ kemm il-PBS hu biss għodda partiġġjana ta’ Kastilja'

Clyde Puli joħroġ stqarrija dwar li The Times u The Malta Independent ma ngħatawx programmi fuq PBS. Ebda kumment dwar it-tneħħija tal-programm ta' Salvu Mallia

"L-aħbarijiet żvelati fl-aħħar siegħat dwar programmi li tqaċċtu mill-PBS, jikkonfermaw kemm l-istazzjon nazzjonali, mħallas mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi, qed jintuża biss bħala għodda partiġġjana minn Kastilja" qal Clyde Puli il-Kelliem tal-PN għad-Drittijiet taċ-Ċittadin. 
"Dan mhu xejn għajr attakk dirett fuq il-libertà tal-espressjoni f'pajjiżna, għaliex l-uniku raġuni wara dawn id-deċiżjonijiet hi li Kastilja qed tpattiha lil kull min tkellem dwar l-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi. Huwa wkoll attakk kontra l-media ħielsa f'pajjiżna, għaliex id-deċiżjonijiet li ttieħdu huma nstigati mill-fatt biex żewġ media houses ewlenin f'pajjiżna - The Times u The Malta Independent - ma jkollhomx programmi ta' diskussjoni fuq l-istazzjon nazzjonali.
Wara tliet snin ta' kontroll assolut fuq il-linja editorjali tal-PBS - b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' aħbarijiet, permezz tal-Kap tal-Aħbarijiet Reno Bugeja - issa, li qed toqrob l-elezzjoni ġenerali, Kastilja trid iżżid il-kontroll tagħha fuq x'jintqal u x'ma jintqalx fuq l-istazzjon nazzjonali, u d-deċiżjonijiet żvelati fl-aħħar siegħat jikkonfermaw dan.
Mhux ta' b'xejn li Kastilja ma tista' tieħu ebda passi kontra ċ-Chief of Staff tal-Ministeru tal-'Ugwaljanza' li jattwa u jinstiga d-diskriminazzjoni, għaliex hi l-istess Kastilja li qed taddotta din it-tip ta' politika militanti.

More in Politika