'Kommess li jżid it-tniġġiż fin-naħa t’isfel ta’ Malta...'

Stqarrija tal-PL tgħid kif Simon Busuttil irid jespandi l-Freeport għad-detriment tan-nies tal-lokal

Simon Busuttil irid jespandi l-Freeport u 'xxokkja ruħu' meta sema' li l-Prim Ministru ma jaqbilx
Simon Busuttil irid jespandi l-Freeport u 'xxokkja ruħu' meta sema' li l-Prim Ministru ma jaqbilx

Skont stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista intqal kif Simon Busuttil “ixxokja ruħu” meta sema' lill-Prim Ministru jgħid li ma jaqbilx li jitkabbar il-Freeport. Is-“sajjetta fil-bnazzi” kienet biss għar-residenti wara li semgħu kif il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa kommess li jżid it-tniġġiż fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Jidher li Simon Busuttil irid jespandi l-Freeport, skont il-PL. Jekk ma tridx fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp. "Taret mar-riħ il-wegħda tiegħu li “ODZ is ODZ”. Bla wisq taħbil tal-moħħ, qabad u ddeċida li jrid jibni fuq art agrikola. Irid ikabbar dak li għar-residenti ta’ Birżebbuġia u l-madwar diġà jfisser inkonvenjent." tennew il-PL

Dan huwa l-istess Simon Busuttil li kien parti integrali mill-Gvern li fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta tefa’ powerstations, impjant taż-żibel, impjant tad-drenaġġ, u tant oħrajn. Għall-amministrazzjoni preċedenti, ir-residenti tas-South kienu tat-tieni klassi.

Il-PL sostnew li "mill-Kap tal-Oppożizzjoni mdorrijin nisimgħu biss negattività u tgħajjir bla qatt ma jgħid x’jagħmel hu jekk jieħu t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh."

"Mhux ta’ b’xejn li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu Simon Busuttil ħafer il-kumpens impost mill-MEPA fuq il-Freeport biex isiru proġetti ambjentali fil-kommunità. Dan il-Gvern, b’differenza, se jinsisti li l-Freeport tħallas il-kumpens ta’ miljun ewro biex il-familji u n-negozji jingħataw in-nifs." ħabbar il-PL

"Dan il-Gvern", kompla jgħid il-PL,  "mal-ewwel beda jwettaq proġetti pożittivi biex jagħti lura d-dinjità lil din iż-żona. Ingħalqet il-powerstation tal-Marsa u dalwaqt jiġi eliminat l-użu taż-żejt fil-ġenerazzjoni tal-elettriku, filwaqt li se titwaqqa ċ-ċumnija l-antika ta’ Delimara.

Ġie msemmi wkoll li beda l-proċess biex jitneħħu t-tankijiet tal-gass f’Birżebbuġia, filwat li ġie mgħoti pitch tal-waterpolo u tal-football lill-kommunita ta’ Birżebbuġia u tħabbar ukoll riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk."

More in Politika