Ġustizzja, parkeġġ u estetika sabiħa

Il-pjanijiet għall-bini l-ġdid tal-Qorti f'Għawdex se jinkludi parkeġġ kbir għall-pubbliku

Il-Qorti l-ġdida f'Għawdex : monument arkitettoniku mdawwar bi pjazza għall-benefiċċju tal-pubbliku
Il-Qorti l-ġdida f'Għawdex : monument arkitettoniku mdawwar bi pjazza għall-benefiċċju tal-pubbliku

Il-kummisjoni tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp ta’ Qorti ġdida għall-Għawdex, li se tinkludi wkoll parkeġġ pubbliku b’diversi sulari.

Din l-approvazzjoni se tiffaċilita l-proċess biex il-Qorti t’Għawdex ma tibqax aktar fiċ-Ċittadella, iżda timxi f’post aktar xieraq.

Il-bini l-ġdid, li hu pjanat biex jinbena fiċ-ċentru tar-Rabat, b’aċċess għall-kullħadd, se jkun monument arkitettoniku mdawwar bi pjazza għall-benefiċċju tal-pubbliku.

Parti mill-proġett tinkludi wkoll parkeġġ ta’ sitt sulari, mibni taħt il-livell tal-art, fejn fl-ewwel livell se jkun hemm 54 post ta’ parkeġġ riservat  għall-maġistrati u ħaddiema tal-Qorti. Fil-livelli l-oħrajn, se jkun hemm 441 spazju disponibbli għall-pubbliku.

Id-deċiżżjoni li l-Qorti ma tibqax fiċ-Ċittadella, flimkien mal-ippjanar dwar il-binja l-ġdida saret wara eżerċizzju li kkunsidra varjanti bħall-lokalità, impatt fuq l-ambjent, impatt viżiv u mpatti soċjali flimkien ma fatturi tekniċi u ekonomiċi u ta’ loġistika dwar it-transport.

More in Politika