It-tieni referendum biex l-Iskozja tieħu l-Indipendenza

..Morgan Stanley tiċħad li qed tmexxi l-impjiegi minn Londra għal Dublin u Frankfurt

Nicola Sturgeon
Nicola Sturgeon

Fl-ewwel kummenti tagħha lill-midja il-mexxejja tal-iScottish National Party (SNP) Nicole Sturgeon stqarret illi mhux ġust li l-Iskozja ma' tibqax membru tal-Unjoni Ewropea, anke jekk fil-fatt l-Iskozja vvutat biex tibqa' parti mill-Unjoni Ewropea. F'konferenza Sturgeon qalet illi bil-wegħdiet tal-SNP għat-tieni referendum, ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit ipoġġi it-tieni referendum għall-indipendenza tal-Iskożja fuq il-mejda. 

L-iskozja vvutat bi ħġarha biex tibqa' fl-UE b'62% jivvutaw mal-kamp 'remain' u 38% biss ivvutaw biex jitilqu mill-Unjoni Ewropea. Intant is-sit independent.co.uk qed jirraporta kif il-kumpanija Morgan Stanley se tkun qede tmexxi 2,000 impjieg minn Londra għal Dublin u Frankfurt, proċess li beda minn ftit qabel ma kien mħabbar ir-riżultat tar-referendum. Il-kumpanija iżda, ftit tal-ħin ilu, ċaħdet dan ir-rapport. 

 

More in Politika