'Jagħmel x’jagħmel il-Prim Ministru, mhux se jirkupra dak kollu li tilef'

Iċ-chairman tal-AD jgħid li huma 'buffunati li l-PM jibgħat il-messaġġiera tiegħu li lest bid-deċiżjoni'

F'intervista mal-gazzetta ILLUM li se tkun qed tidher fil-ħarġa ta' għada, iċ-chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola jitkellem dwar is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż preżentement, fost l-oħrajn.

Cassola jgħid li, “Huma buffunati li l-Prim Ministru jibgħat il-messaġġiera tiegħu, bħal Zammit Lewis u Owen Bonnici sabiex jgħidilna li dalwaqt se joħroġ b’deċiżjoni. Il-Prim Ministru kellu fl-ewwel ġurnata jkeċċi lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri.” Cassola jkompli jinsisti u jgħid li l-ħsara li saret f’dawn ix-xahrejn, ma tistax tkejjilha, u issa, “jagħmel x’jagħmel il-Prim Ministru, mhux se jirkupra dak kollu li tilef. Iktar ma jtawwal, iktar qed iżid is-suspetti.” 

Aqra iktar fil-ħarġa ta' għada tal-gazzetta ILLUM

More in Politika