Marlene mhux sejra l-meeting għax talbitha l-President

Il-President ċemplet lil Marlene biex ma tattendix il-mass meeting tal-Labour

Il-President tar-Repubblika ċemplet lil Marlene Farrugia sabiex din tal-aħħar ma tattendix għall-manifestazzjoni tal-Partit Laburista f'Jum il-Ħaddiem, nhar il-Ħadd li ġej. Minħabba f'hekk, id-deputata indipendenti qalet li mhux se tkun qed tattendi għaliex, "il-President ma talbitnix għalxejn, u jien nirrispetta t-talba tagħha."

F'kumment li għaddiet fuq is-sit soċjali Facebook, Marlene Farrugia qalet li l-President talbitha ma tattendix, "minħabba s-sitwazzjoni politika u r-rabja li hawn fil-pajjiż bħalissa."

Minħabba f'hekk, Farrugia qalet li dawk il-ħaddiema li talbuha tkun magħhom f'din iċ-ċelebrazzjoni, li se tkun magħhom fl-ispirtu.

More in Politika