Il-virus Żika jasal Malta wkoll

.....Malti infettat biż-żika wara li mar l-Amerika t'Isfel

Il-virus taż-Żika wasal Malta wkoll hekk kif Malti ta' 32 sena li mar fuq vaganza l-Amerika t'isfel, fl-American Samoa, kien ġie infettat minn dan il-virus. Dan tħabbar minn Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet. Dan ir-raġel jinsab iżolat fl-Isptar Mater Dei. L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li m'hemmx lok għall-allarm għax il-virus jittieħed biss permezz ta' gidma ta' nemusa, u mhux minn kuntatt minn persuna għall-oħra. Apparti minn hekk jidher li l-qagħda ta' dan ir-raġel tjiebet.

Malta hija waħda minn diversi pajjiżi Ewropej li fiha daħal il-virus. Fost dawn hemm Spanja u r-Renju Unit fejn instabu erba' każijiet mill-bidu ta' Jannar s'issa.  

More in Politika