Sejħiet minn politiċi Ġermaniżi biex Merkel tirreżenja

Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni qed toħloq inkwiet fil-koalizzjoni tal-Kanċillier Ġermaniż hekk kif bosta jħossu li Merkel ma mexxietx il-kwistjoni b'mod tajjeb

Angela Merkel: Popolari mal-immigranti u għaqdiet favur id-drittijiet tal-bniedem
Angela Merkel: Popolari mal-immigranti u għaqdiet favur id-drittijiet tal-bniedem

Politiku mill-partit 'Alternative for Germany' (AfP) tal-Lemin fil-Ġermanja qed isejjaħ lil Merkel biex jirreżenja u dan fid-dawl ta' kritika, kważi ma taqta xejn lejn il-Kanċillier Ġermaniż għall-mod kif qed titratta l-kwistjoni tal-immigranti. L-għajta għar-riżenja ta' Merkel waslet waqt il- konferenza tal-istess AfP, li, apparti l-ideoloġija leminija, huwa partit ewro-xettiku wkoll. 

Id-Deputat Mexxej tal-partit, Frauke Petry, qal illi Merkel lanqas biss taf kemm se jkunu qed jiġu immigranti fil-Ġermanja, li jfisser, skont Petry, illi l-Kanċillier qed tikser il-wegħda pre-elettorali tagħha. 

Angela Merkel kienet esprimiet ruħha favur li immigranti jidħlu fil-pajjiż, xi ħaġa li ġabet reazzjoni imħallta. Ħafna immigranti u għaqdiet favur id-drittijiet tal-bniedem raw lil Merkel bħala eżempju tajjeb ta' kif għandhom ikunu trattati dawk il-persuni li qed jiġu lejn l-Ewropa hekk kif qed jaħarbu mill-krizijiet f'pajjiżhom. Iżda ħafna oħrajn, l-ektar partiti tal-lemin, ikkritikaw lil Merkel bl-aħrax u talbuha biex tirreżenja.   

More in Politika