Robert Cutajar jaqla €22,000 minn impjieg mal-gvern filwaqt li jaħdem mid-dar

Cutajar qal li għandu kuntratt ta' teleworking minħabba raġunijiet familjari filwaqt li jaqla €20,000 oħra bħala membru Parlamentari

Robert Cutajar jaqla €22,000 bħala impjegat fuill time mad-direttorat tal-Animal Welfare, u jaħdem erbat ijiem fil-ġimgħa mid-dar "għal raġunijiet familjari".

L-eks sindku tal-Mellieħa qal li hu kien 'project leader' ta' dan id-direttorat iżda ma elaborax iżjed meta ġie magħfus mill-Malta Today. Qal li hu rnexxielu jakkwista fondi Ewropej f'perjodu ta' ftit aktar minn sena. "Mhux ġust li qed tattakawni" Cutajar qal meta kien qed jirreferi għall-informazzjoni li ħarġet għal dawk li jaħdmu mal-istat minn mistoqsija Parlamentari.

Hu kien qed jitkellem waqt konferenza mill-PN dwar il-faqar. Hu qal li l-impjieg tiegħu hu 'l fuq mill-Bord u għandu l-approvazzjoni tal-gvern. Cutajar qabel kien jaħdem fis-segretarjat ta' Gonzi u kien appuntata bħala uffiċċjal fi grad 9 mill-PSC fl-2010.

Bħala membru tal_parlament hu jaqla wkoll ftit iżjed minn €20,000  u hu skużat mix-xogħol biex jagħmel ix-xogħol tal-parlament skont il-kodiċi tal-PSM.

More in Politika