Zammit Lewis: Mozzjoni (Nazzjonalista) medjokri li ma tagħti ebda soluzzjoni

Il-Parlament jiddiskuti t-traffiku ...Il-MP tal-Gvern jakkużaw lill-Oppożizzjoni li mhuma qed joffru ebda soluzzjoni għat-traffiku

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, waqt li kien qed jitkellem f'dibattitu msejjaħ mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku, fakkar kif minkejja l-kritika tal-PN dwar l-effetti li suppost qed ikollu t-traffiku fuq it-turiżmu l-ebda Ministru Nazzjonalista tat-Turiżmu ma laħaq ir-rekords fit-turiżmu, li ntlaħqu s-sena l-oħra u li se jintlaħqu din is-sena. Huwa fakkar kif din is-sena Malta qed tattira cruise liners "sitta, sitta" waqt li fakkar fir-riżultati pożittivi li kellu pajjiżna fit-turiżmu f'Awwissu. 

Zammit Lewis qal illi dan id-dibattitu kien frott tal-opportuniżmu politiku tal-Oppożizzjoni għax meta il-PN kien fil-Gvern ma kien għamel xejn. "Din is-soluzzjoni tipprova tirkeb fuq nuqqas ta' kuntentizza li hawn fil-pajjiż. Iva hemm bżonn li jkunu indirizzati, imma mhux b'opportuniżmu politiku u mozzjoni medjokri li ma tagħti ebda soluzzjoni

Waqt l-intervent li kien qed jagħmel fil-Parlament ilejla is-Segretarju Parlamentari Ian Borg għamel lista ta' proġetti li qed isiru jew li għad iridu jibdew. Fosthom il-Junction tal-Kappara, illi fakkar kif kellu jkun Gvern Laburista biex jibda jmexxi dan il-proġett. Huwa qal illi fit-trasport pubbliku, għalkemm għad hemm problemi, il-Gvern qiegħed jaħdem biex terġa tiddaħħal il-fiduċja fis-sistema ta' trasport pubbliku. Huwa qal ukoll li l,-PN mhux qed joffri ebda soluzzjoni.

L-MP Roderick Galdes fakkar fit-traffic lights tal-Kappara li kienu ġġammjaw dik iż-żona filwaqt li qal illi bil-junctions kollha li nbnew mill-PN, fosthom dik f'Ħal Qorm ikienu kawżi tat-traffiku.  Huwa reġa staqsa lill-Membri tal-Oppożizzjoni fejn huma s-soluzzjonijiet tal-PN kontra t-traffiku. 

.  

More in Politika