[Vox Pop] Il-ġenituri kontra skejjel aktar kmieni

F'Vox Pop, ħafna mill-ġenituri jgħidu le għal skola iktar kmieni

Ritratt u Filmati: Ray Attard
Ritratt u Filmati: Ray Attard

Wara li studju tal-Università ta’ Malta sab li s-sewwieqa jdumu medja ta’ 52 siegħa mwaħħla fit-traffiku, il-Ministeru għall-Edukazzjoni nieda White Paper f’attentat li jistabu xi soluzzjonijiet biex tittaffa din il-problema tat-traffiku. Dan minħabba l-idea li l-ħinijiet tal-iskejjel jikkontribwixxu f’din il-problema. Għaldaqstant, f’din l-istess White Paper kien hemm diversi proposti li kellhom l-għan li l-problema tat-traffiku tittaffa. Fost dawn il-proposti kien hemm diversi marbutin mal-ħinijiet tal-iskola fosthom li l-iskejjel jiftħu siegħa qabel, u jkun hemm attivitajiet f’dawk il-ħinijiet għat-tfal, u dan sabiex ma jkunx hemm konġestjoni ta’ traffiku fil-ħinijiet ta’ filgħodu. Il-White Paper tipproponi wkoll biex dawk l-iskejjel li jispiċċaw kmieni, jestendu l-ħinijiet tagħhom ħalli l-ġenituri ma jitilqux kmieni mix-xogħol sabiex jiġbru lil uliedhom.

Il-gazzetta ILLUM marret fi skola tal-Gvern u oħra private beix tara x’jaħsbu l-ġenituri li kieku t-tfal jibdew l-iskola siegħa qabel biex jittaffa t-traffiku. Il-maġġoranza assoluta tal-ġenituri kienu kontra din il-proposta fejn ħafna minnhom qalu li  m’għandhomx ibatu t-tfal għall-problemi tat-traffiku kkawżati minn sistema ħażina ta’ trasport, filwaqt li oħrajn sostnew li billi ċċaqlaq il-ħiniijet tal-iskola għal siegħa qabel ma tkunx se ssolvi l-problema tat-traffiku, imma biss iċċaqlaqha b’siegħa.

More in Politika