Hawn abbuż enormi fuq l-blue badges - Justyne Caruana

Se jiġu riveduti kollha minħabba abbużi kbar li saru matul is-snin

ritratt meħud minn Ray Attard
ritratt meħud minn Ray Attard

Ilment kbir li hu fuq fomm kulħadd hu l-ammont kbir ta’ blue badges li hawn mal-windscreen tal-karrozzi, “Hawn abbuż enormi ta’ dawn il-badges. Hawn 7,000 li għandhom blue badges.” Dment weġbitni, “Qed naħdmu fuq riforma u kull blue badge se tiġi riveduta. Il-Blue Badge qiegħdha għal min għandu problemi ta’ mobilita u mhux kull diżabilita tfisser li għandu jkollok blue badge. Anomalija oħra li indirizzajna kienet li min għandu l-blue badge kien intitolat  wkoll sussidju f’Tal-Linja li onestament ma nħossx li kienet tagħmel  sens. Għalhekk ftehmna ma’ Transport Malta u mal-operatur l-ġdid tal-linja u issa l-yellow cards  kollha  jiġifieri dawk kollha li ghandhom il-karta tal-identita speċjali għal persuni b’diżabilita – hi x’inhi d-dizabilita’ taghhom se jkollhom sussidju, għax qabel dawn tal-karta identita safra ma’ kellhomx.”

 

Intervista sħiħa ma' Justyne Caruana għada fuq l-ILLUM

More in Politika