Il-permessi ta' residenza li nġiebu b'mod illeġġitimu se jiġu revokati

Il-Kap tal-Identity Malta Joe Vella Bonnici dwar il-każ ta' Joe Sammut

"Il-permessi kollha li ġew akkwistati minn dikumenti falsifikati u misinformazzjoni kollha se jittieħdu lura. L-azzjoni se tittieħed fil-linja wara dak li joħroġ mill-investigazzjonijiet tal-pulizija u d-deċiżjoni tal-qorti" qal Vella Bonnici meta kien mistoqsi mill-ġurnal The Times of Malta.

Meta kien mistoqsi dwar l-kritika li Identity Malta kellha li baqgħet siekta dwar il-kas hu qal li kienet Identity Malta li qajmet il-każ mal-pulizija. Qed jissemma li Joe Sammut għen biex madwar 800 Libjan joħolqu kumpaniji f'Malta bi stokk falz ta' €100,000 kull wieħed, li hu l-ammont li jġibek eliġibbli biex ikollok permess residenzjali f'Malta.

 

More in Politika