Tiqliel il-kriżi umanitarja fl-UE: 310,000 immigrant fl-Italja u l-Greċja s'issa

L-awtoritajiet Libjani jgħidu illi għerqu madwar 500 persuna oħra barra l-kosta Libjana

Il-BBC ddeskriva il-kriżi umanitarja li qed tiffaċċja l-ewropa bħala l-agħar kriżi mit-tieni gwerra dinjija
Il-BBC ddeskriva il-kriżi umanitarja li qed tiffaċċja l-ewropa bħala l-agħar kriżi mit-tieni gwerra dinjija

Il-kriżi umanitarja fl-Ewropa u speċjalment f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea qed tkompli tiqliel hekk kif in-Nazzjonijiet Uniti (NU) ħabbret illi s'issa din is-sena biss fl-Italja u l-Greċja waslu 310,000 immigrant. In-NU spjegat kif din iċ-ċifra diġa taqbeż in-numru totali ta' immigranti li waslu f'dawn il-pajjiżi matul is-sena 2014 kollha.

Intant l-awtoritajiet Libjani qalu illi huwa kkalkulat li madwar 500 persuna oħra tilfet ħajjitha barra l-kosta Libjana, preċiżament barra l-belt ta' Zuwara. Dawn ikomplu jżidu n-numru kbir ta' persuni li qed jitilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran, li qed isir, aktar kemm jgħaddi żmien baħar ċimiterju. 

More in Politika