L-Isptar Ġenerali t'Għawdex igiddeb lil Chris Said dwar ħlasijiet

Jgħid li l-midja tal-PN ma vverifikax dak li ntqal lilha

L-isptar Ġenerali t'Għawdex ċaħad illi b'xi mod qed jiddaħħlu xi ħlasijiet għal servizzi tas-saħħa, dan wara li id-Depuatat Nazzjonalista u kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said qal li fil-fatt, skont dak li qaltlu mara, kien iddaħħal xi ħlas għall-apparat magħruf bħala 'sling'. Dan l-apparat huwa użat għal min ikollu problemi f'idejh.

Dak li mkiteb Said fuq il-FB tiegħu
Dak li mkiteb Said fuq il-FB tiegħu

Filwaqt illi l-isptar ċaħad dak li qal Said, innota wkoll kif il-ġurnal elettroniku tal-PN (maltarightnow) "lnaqas milli jivverifika l-informazzjoni li waslitlu". L-Isptar qal illi kien hemm korrispondenza li nftehmet ħażin u li kienet tirrigwarda poazjenti barranin u reġa saħaq illi la qatt intalab u lanqas qatt mhu se jintalab ħlas għas-servizzi offruti lill-pazjent. 

More in Politika