“Jien Laburist imweġġa’” - diżżappunt fost il-laburisti għax ma nqdewx

Stħarriġ onlajn fuq Illum.com.mt juri d-diżappunt ta’ xi partitarji Laburisti għax “ma nqdewx”

L-istħarriġ tal-ġimgħa l-oħra fuq is-sit illum.com.mt kellu riżultati xi ftit jew wisq interessanti minħabba li ħafna minn dawk li ħallew kumment marbut mal-mistoqsija dwar il-popolarità ta’ Joseph Muscat semmew lil-“Laburisti mweġġa’” jew “Laburisti li ma nqdewx”.

L-ILLUM staqsa lill-qarrejja tiegħu jekk jaħsbux li kienet l-ekonomija, jew il-kwistjoni taż-Żonqor jew ta’ Gaffarena l-aktar li qed jaffetwaw il-popolarità ta’ Muscat b’mod ħażin. Minn dawk li wieġbu 33% qalu li l-ebda minn dawn il-kwistjonijiet mhi qed taffetwa lil Muscat ħażin b’uħud minnhom jidħlu fis-sezzjoni tal-kummenti u jesprimu ruħhom hemmhekk.

Minn dawn, l-aktar kumment li ssemma’ kien dwar Laburisti “mweġġa’” jew li jħossu li ntesew mill-Partit Laburista.Imma dawn il-Laburisti mweġġgħin, min huma? X’qed jippretendu li jieħdu li għadhom ma ħadux? U dan xi fenomenu ġdid jew anke l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kellu problemi b’nies li jħossuhom minsijin mill-partit “tagħhom”?

L-ILLUM staqsa lill-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela biex jispjegaw dan il-fenomenu fost numru ta’ votanti f’pajjiżna u jekk jaħsbux li dan kienx minn dejjem jew jekk forsi issa żdiedx.

Fenech Adami qal li l-poplu issa huwa mxebba’ jara nies li huma qrib Joseph Muscat isiru “multi-miljunarji mil-lejl għan-nhar” waqt li l-ħaddiema jibqgħu b’żieda ta’ 58ċ. 

Abela saħaq li wara 25 sena tal-istess Gvern il-Laburisti li kienu ddiskriminati huma ħafna u dan apparti votanti Nazzjonalisti stess li ngħataw il-ġenb “għax ma kinux tal-qalba.”

 

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

 

 

 

More in Politika