REPORTER jiddiskuti l-ħidma tal-Parlament u x-Xogħol tal-Ispeaker

Anġlu Farrugia hu l-ewwel Speaker 'Full TIme' 

L-Ispeaker Anġlu Farrugia
L-Ispeaker Anġlu Farrugia

Il-ħidma tal-Parlament u x-Xogħol tal-Ispeaker se jkunu t-tema tad-diskussjoni fil-programm REPORTER ta' nhar it-Tnejn 29 ta' Ġunju.

Saviour Balzan jintervista lill-Ispeaker Anġlu Farrugia dwar ir-rwol tiegħu fejn Farrugia huwa l-ewwel Speaker 'Full Time' fil-Parlament Malti. Jitkellem dwar id-differenzi bejn ix-xogħol li kien isir fil-Parlament meta dan kien fil-Palazz Presidenzjali u issa li l-Parlament għall-ewwel darba għandu l-binja tiegħu li ġiet iddisinjata mill-Perit Renzo Piano. Balzan jistaqsi wkoll dwar il-faċilitajiet li għandu l-parlament il-ġdid kif ukoll l-imġieba tal-Parlamentari li dan l-aħħar kienet waħda movimentata bl-Ispeaker jitlob lid-deputati biex iġibu ruħhom b'mod aktar eżemplari.

REPORTER jixxandar it-Tnejn fid-8.40pm fuq TVM2 b'repetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm

More in Politika