Illejla - Reporter jiddiskuti l-Belt Valletta

Il-belt mibnija mill-kavallieri  u mogħnija b’bini storiku u maestuż

Se tkun il-kapitali Ewropeja tal-kultura fl-2018
Se tkun il-kapitali Ewropeja tal-kultura fl-2018

Il-Belt Valletta – il-belt mibnija mill-kavallieri  u mogħnija b’bini storiku u maestuż, imdawwra bil-baħar ikħal mediterran.

Belt li għal snin sħaħ tħalliet fi stat ta’ abbandun u li issa qed terġa tingħata l-ħajja b’restawr, negozji, daħla ġdida u nifs ġdid fil-qasam ta’ kultura, arti u divertiment.

Belt li se tkun il-kapitali Ewropeja tal-kultura fl-2018.

Reporter jiddiskuti l-BELT VALLETTA flimkien ma' Jason Micallef - Chairman V18, Alexei Dingli - Sindku Belt Valletta, Paul Fenech - Republic Street Business Community u Teodor Reljic - ġurnalist u kummentatur fuq arti u kultura.

Il-programm jixxandar illejla fid-8.40pm fuq TVM2, b’ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm

More in Politika