Muscat qed jibdel il-ministri tiegħu f'pupazzi - Marlene Farrugia

F'intervista ma' Andrew Azzopardi fuq Radju Malta Farrugia qalet li hemm barra l-poplu qed jgħid li dan hu ż-żmien li qed jitħallas id-dejn

Id-deputat Laburista Marlene Farrugia waqt intervista ma' Andrew Azzopardi fuq il-programm tiegħu, 'Għandi xi ngħid' fuq radju Malta qalet li l-fatt li l-prim ministru irid li l-ministri tiegħu jieħdu l-permess mingħandu u mill-uffiċċju tiegħu biex jagħtu kummenti jew intervisti qed jibdel il-ministri f'pupazzi mmexxijin bl-ispaga.

Dan il-fatt ħareġ mill-kodiċi ta' etika tal-Ministri li ġew imġedda dan l-aħħar fejn hemm li iridu jfittxu li jkollhom approval ta' stqarrijiet, intervisti u attivitajiet ministerjali mill-uffiċċju tal_Prim Ministru (OPM)

“M'hemmx aħjar milli tħallihom joffru l-idjeat tagħhom u jidibattuhom. Iżda int qed tgħid lil ministri li hu għalxejn li jkollhom moħħ u jużawh għax iridu jgħaddu kull idea mill-uffiċċju tiegħek. U dan ifisser li hu l-uffiċċju tal_prim Ministru li jiddeċiedi meta u kif l-istqarrija ta' ministru trid toħroġ. Id-differenza tkun li jkun hemm ministri li jiġu mpinġija bħala inkompetenti u oħrajn li huma kompetenti wisq." qalet ir-ribella tal-labour dwar il-prim ministru.

Qalet ukoll li l-gvern jista jkun li qed jitlef ħafna mill-appoġġ li kellu fejn semmiet in-negozju ta' kif gaffarena akkwista €1.6 miljun bin-negozju li għamel fi Triq Zekka.
"il-kelma hemm barra hu li wasal iż-żmien li jitħallas id-dejn - dawn l-iskandli qed jiġġeneraw dan it-tip ta' kummenti mingħand il-poplu - nispera li l-gvern jikkonvinċi lil poplu li dan mhux minnu."

Farrugia li diġa qalet li mhux fi ħsiebha toħroġ għall-elezzjoni li jmiss qalet li hi mhux se titlaq lil partit laburista u kellha saqajha sodi fiċ-ċentru xellugi tal-partit u ddefendiet l-kritika li qed tagħmel lil partit tagħha bħala li tkun xewka ħalli tippreveni li l-gvern ma jidħakx bil-poplu."Fi tliet snin il-poplu se jikkonsidra jekk ġiex imqarraq mill-gvern jew le."

More in Politika