Ir-rata tal-inflazzjoni annwali tibqa' ta' 1.59%

F'April, ir-rata annwali tal-inflazzjoni hekk kif ikkalkulata skont l-indiċi tal-prezz tas-suq

Fix-xahar ta' April, ir-rata tal-inflazzjoni hekk kif ikkalkulata skont l-indiċi tal-prezz tas-suq kienet ta' 1.59%.

Fix-xahar imsemmi, ir-rata annwali baqgħet ta' 1.59%, waqt li s-sena ta' qabel kenet 0.01%.

L-akbar żidiet fl-inflazzjoni annwali ġew innutati fil-qasam tal-ikel(0.76%), il-qasam tal-ħwejjeġ u taż-żraben (0.53%) u l-qasam tal-kultura u r-rikreazzjoni (0.76%).

Din iż-żieda kienet partikolarment minħabba prezzijiet ogħla għal ħaxix, ħwejjeġ u ġugarelli rispettivament.

L-ikbar impatt 'l isfel deher l-aktar fl-indiċi tat-trasport u komunikazzjoni, b' 0.37%. Dan deher l-iktar minħabba tnaqqis fil-prezz tal-fuel.

Ir-rata medja matul tnax-il xahar kienet ta' 0.38%.

More in Politika