Reporter jiddiskuti r-riżultat tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali

Rebħa għall-Partit Laburista ta' 53.5%, u l-Partit Nazzjonalista jnaqqas id-distakk bin-nofs

Wara r-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru f'34 lokalità madwar Malta u Għawdex fejn il-Partit Laburista eleġġa 119-il kunsillier, il-PN tella' 104 u l-Alternattiva Demokratika tellgħet kunsillier wieħed, Reporter jiddiskuti dan ir-riżultat.

Il-programm immexxi minn Saviour Balzan se jkun qed jiddiskuti dan flimkien mal-Ministru għall-Ġustizzja u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-kelliem Nazzjonalista Claudio Grech u l-kandidat elett tal-Alternattiva Demokratika Ralph Cassar.

Reporter jixxandar fuq TVM2 fid-20.40, b'repetizzjoni fl-21.45 fuq TVM.

More in Politika