Joseph Cuschieri jgħid li l-PL għandu jieqaf jissottovaluta lil Simon Busuttil

54% Rebħa Laburista - IMMA, IMMA U IMMA........- Joseph Cuschieri

L-eks membru Parlamentari Ewropew u eks deputat Laburista li ċeda s-siġġu lil Joseph Muscat biex minn hemm beda t-triq tas-suċċessi li wassluh għal Prim Ministru fuq Facebook kiteb status kemxejn iebes u ta' min jixtarru fejn ikkritika l-mod kif il-Partit Laburista qed jipprova jirridikola u jissotovaluta lil Simon Busuttil u lil Partit Nazzjonalista.

"54% Rebħa Laburista - IMMA, IMMA U IMMA........ ma jistax jiġi njorat il-fatt li kien hemm tnaqqis ta' voti għal Partit fil-maġġoranza tal-lokalitajiet.

Biex tiġi evvitata aktar emoroġija ta' voti:

1. Hemm bzonn li jinfetħu l-widnej għal dawk li l-wegħediet lillhom jew il-ġustizzja magħhom għadhom sa issa ma ġewx mismuha u fuq kollox solvuti.

2. Dawk sa issa njorati u li dejjem kienu hemm għal Partit għandhom jingħataw l-attenzjoni meħtieġa u li tixirqilhom.

3. Għandhom jiġu mrażna dawk l-elementi jew individwi fil-Partit li tellahom għal rashom u bdew jaġixxu b'arroganza.

4. Għandna nibqgħu viċin in-nies.

5. Għandna nieqfu nirredikolaw u nissotovalutaw lil Dr Simon Busuttil u lill-Partit Nazzjonalista. Nemmen li din qed isservi biss ta' ħsara u mhux ta' ġid.

Din hija l-kritika kostruttiva tiegħi wara r-riżultat tal-lum u nittama li minn għandu jisma, JISMA u JAĠIXXI!"

More in Politika