Pass importanti biex Malta ssir destinazzjoni tal-Yachting

Hemm bżonn li dan is-settur jiġi sfruttat iżjed – Joseph Muscat

Hemm bżonn li dan is-settur jiġi sfruttat iżjed – Joseph Muscat
Hemm bżonn li dan is-settur jiġi sfruttat iżjed – Joseph Muscat

Dalgħodu ġie mniedi l-proġett Yachting Malta Ltd li hi joint venture bejn ir-Royal Malta Yacht Club u l-Gvern, permezz ta’ Projects Malta Ltd. L-iskop ewlieni ta’ Yachting Malta hi li titkabbar l-industrija tal-yachting u li Malta ssir destinazzjoni unika. Fis-sentejn li ġejjin, Yachting Malta se tkun iffukata biex tiżviluppa business plan biex Malta tattira lejha iżjed attivitajiet ta’ yachting li jħallu frott fl-ekonomija tal-pajjiż.
 
Waqt din l-attività, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna kemm huwa importanti li l-yachting ma jkunx meqjus biss bħala delizzju iżda bħala industrija sħiħa. Muscat qal li hemm bżonn li dan is-settur jiġi sfruttat iżjed u saħaq li s-settur marittimu kollu, partikolarment il-yachting, jista’ joħloq impjiegi ġodda u tkabbir ekonomiku. Il-Prim Ministru tenna li permezz ta’ Yachting Malta, pajjizna jista’ jeċċella bħala destinazzjoni internazzjonali ta’ kwalità għal yacthing u dan iseħħ permezz ta’ proġett komplut li jinkludi l-aspett loġistiku, finanzjarju u fuq kollox, infrastrutturali.
 
Joseph Muscat qal li dan il-proġett li ġie mniedi llum huwa ta’ vantaġġ għat-turiżmu, għall-yacthing, għas-settur marittimu u għall-industrija kollha kemm hi. Qal li kif isostnu nies mill-industrija nnifisha, minkejja li neċċellaw f’ħafna servizzi, jeżistu wkoll xi nuqqasijiet u l-iskop ta’ Yachting Malta hu li jkun hemm punt ċentrali bejn il-gvern u l-privat biex jikkordina Ministeri differenti biex jintlaħaq għan ewlieni.
 
Projects Malta għażlet lir-Royal Malta Yacht Club, li permezz tal-istorja ta’ suċċess li jħaddanu r-reputazzjoni tiegħu, għandu jkun is-sieħeb ideali tal-gvern għal dan il-proġett. Il-Prim Ministru qal li attivitajiet ta’ yachting f’Malta jgħinu ħafna l-ekonomija u semma l-RC44 Valletta Cup, li qed tittella’ f’dawn il-ġranet f’pajjiżna. Hu stmat li din it-tiġrija se tħalli madwar 1.6 miljun ewro fl-ekonomija tal-pajjiż.
 
 

More in Politika