Castaldi Paris jgħid li ħalla partit arroganti biex jingħaqad ma' partit li jisma

Il-PN jitilfu l-ex president tal-Kunsilliera Nazzjonalisti

L-eks sindku Nazzjonalista ta' Ħal Lija u eks President tal-Kulleġġ tal-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, Ian Castaldi Paris, dalgħodu indirizza l-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista wara li ntlaqa b'ovazzjoni kbira minn dawk preżenti. Castaldi paris qal li ilu jaħseb biex jagħmel dan il-pass  u għal ħafna żmien beża jagħmlu iżda issa ħass il-ħtieġa li jagħmel eżatt dak li jħoss għax irid ikun man-naħa ta' min jemmen fil-verità u fl-onestà. "Irrid inkun f'moviment li veru għandu l-bibien miftuħin għal kulhadd. Moviment b'mexxej li għandu direzzjoni u viżjoni, mexxej onest u determinat li jġib l-interss tal-pajjiż u tal-familji qabel kollox.”

Castaldi Paris qal li qabel kien f'partit li malli jkollu l-maġġoranza tal-elettorat isir arroganti, trux u mkabbar, partit li jużak u jarmik. Min-naħa l-oħra, qal il-kelliem, “dan hu gvern li iktar ma jissaħħaħ fil-voti iktar jiċċekken fl-umiltà tiegħu u jkun iktar saqajh mal-art.” Huwa appella lil dawk li ma għamlux il-pass li għamel hu, għax jibżgħu, biex jagħmluh – mhux biex ikunu opportunisti jew merċenarji, kif ġie mgħajjar hu, imma għax għandhom l-istess valuri ta' dan il-moviment li ma tistax ma tkunx fih."

More in Politika