Il-PN qed iħejji ruħu għal battalja fil-Qala

Ryan Mercieca vs Clint Camilleri?

Ryan Mercieca ir-risposta tal-PN għal Clint Camilleri
Ryan Mercieca ir-risposta tal-PN għal Clint Camilleri

Il-Partit Nazzjonalista qed iħejji ruħu għal battalja fil-Qala biex ineħħi minn sindku lil politiku emerġenti fil-Partit Laburista, iż-żagħżugħ Clint Camilleri l-Bedeq. Sa qabel rebaħ is-sindakat il-Perit Camilleri, dan ir-raħal kien dejjem immexxi min-Nazzjonalisti u tilfu s-sindakat bi ftit voti tliet snin ilu.

Jidher issa li l-partit immexxi minn Simon Busuttil sab politiku żagħżugħ ieħor ta’ stoffa biex ikollu tweġiba għal Clint Camilleri li kellu suċċess kbir fl-elezzjonijiet tal-MEPs is-sena li għaddiet.

Sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta qalu li l-partit Nazzjonalista qed iħajjar lil Ryan Mercieca biex jikkontesta fuq il-Qala għax għalkemm Mercieca hu minn Victoria, għandu parentela fil-Qala. Fil-fatt in-nannu u xi membri oħra tal-familja tiegħu jgħixu l-Qala.

Mercieca qed jissemma li hu wieħed mill-favoriti ta’ Simon Busuttil u minn sorsi qrib il-partit Nazzjonalista jingħad li hu wieħed li qed jiġi mbuttat biex jimla wieħed mill-postijiet battala li se jħallu Giovanna Debono u Frederick Azzopardi fil-kamp Nazzjonalista. Hu mifhum li preżentement l-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono qed taħdem qatigħ biex il-voti tagħha jmorru kollha għal dan iż-żagħżugħ. 

Aktar fil-ħarġa ta' ILLUM

Il-politiku emerġenti f'Għawdex għal PL
Il-politiku emerġenti f'Għawdex għal PL

More in Politika