Aġġustamenti fil-ħinijiet tal-iskejjel jista' jgħin biex it-traffiku jitqassam aħjar

It-traffiku qed jiswiena €274 miljun fis-sena

It-traffiku se jiswiena €317 il-miljun fis-sena sal-2020 jekk il-gvern jibqa ma jirranġax it-trasport pubbliku, inaqqas l-ammont ta’ karozzi privati u jibdel il-ħinijiet tal-iskejjel. Preżentement dan qed jiswiena €274 miljun fis-sena.

Studju li sar mill-Università ta’ Malta juri li jekk se jibqa' ma jinbidel xejn, Malta se tkun qed tonfoq €89 miljun f’aċċidenti tat-traffiku, €15 il-miljun fuq tniġġis fl-arja, €51 miljun f’tibdil fil-klima, €10 miljun fuq storbju u mal-€151 miljun fuq konġestjoni ta’ traffiku.

Ir-riżultati jkomplu juru li kull ma jmur il-konġestjoni tat-traffiku sejrin mill-ħazin għall-agħar.

L-istudju jgħid li fost diversi miżuri oħra, l-aġġustamenti fil-ħinijiet tal-iskejjel jista' jgħin biex it-traffiku jitqassam aħjar u b’hekk jonqsu l-konġestjonijiet fit-toroq.
 

More in Politika