"Dan il-każ mhux ħtija ta' xi politiku" - Claudette Buttigieg

Buttigieg titkellem dwar il-każ ta' Michael Camilo Precth, dak li ppoża ta' tabib

F'kummenti esklussivi li tat lill-gazzetta ILLUM, ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg qalet li waqt li kienet qed tħares lejn dak li beda jintqal fuq il-mezzi soċjali, "wieħed seta' jara li din l-istorja ma kinitx qed tittieħed b'xi serjetà, u nista' nifhem ir-raġunament tagħhom. Hija storja tassew interessanti. Però, it-tħassib tiegħi huwa dwar il-fatt, li din mhux biss storja, imma realtà li seħħet fl-istess post fejn l-għeżież tagħna jingħataw għajnuna u trattamenti meta jiġu fil-bżonn."

Saħqet li "Dan il-każ m'għandux jinbidel f'ballun politiku, għax dan li seħħ mhu ħtija tal-ebda politiku. Madanakollu, mhux sigriet li għandha tiżdied il-pressjoni biex niżguraw li s-sigurtà fl-isptarijiet m'għandhiex tittieħed b'ovvja."

More in Politika