"Tistennewx bidla drastika fl-ewwel ġurnata" - Joe Mizzi

Joe Mizzi jgħid lil The Times li s-servizz se jibda xi ġurnata f'Jannar

Il-Ministru tat-Trasport Pubbliku qal lil The Times li l-operatur Spanjol li se jmexxi s-servizz pubbliku minn jannar irid jordna 140 xarabank ġodda biex ilaħħaq mar-rotot ġodda li l-gvern se jagħmel.

Mizzi qal li l-Autobuses de Leon se jibdew l-operazzjonijiet tagħhom xi ġurnata f'Jannar, iżda qal li l-poplu m'għġandux jistenna li se jkun hemm xi bidla drastika f'ġurnata. 

Autobuses de Leon se jidħlu fis-sistema bil-mod, u mhux se jagħmlu dak li għamlu l-Arriva meta wegħdu bidla drastika milli-ewwel tliet snin ilu.

"Biex nibdew, l-operatur irid jordna 140 xarabank ġdid (biex ilaħħaq mar-rotot ippjanati mill-Awtorita tat-Trasport) iżda l-kumpanija għall-bidu se tikri numru ta' vetturi biex tibda l-bidlioet fir-rotot bil-mod" qal Joe Mizzi lil ġurnal 'The Times'

 

More in Politika