Is-saga tkompli:- Busuttil ma jweġibx l-ittra ta' Muscat

Muscat jakkuża lil Busuttil li jinteressah biss il-punti politiċi u mhux il-verita

tkompli s-saga
tkompli s-saga

F'kollegament telefoniku li kellu dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat fuq ONE Radio, qal li l-Kap Tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil mhux vera huwa wara l-verità iżda wara l-punti politiċi.

Dwar il-każ tal-isparatura l-Prim Ministru qal li dan mhuwiex każ li wieħed għandu jaċċettah, fejn kien hemm każ ta’ over-reaction minn dan il-membru tal-Korp tal-Pulizija, u aħna m’għandiex x’naħbu. "Tant m’għandiex naħbu li jien stess tkellimt mal-Ministru Manwel Mallia u qalli li huwa lest li joqgħod għal kull skrutinju u għalhekk issejhet inkjesta Indipendenti", saħaq Joseph Muscat. Liema inkjesta fiha se jkun hemm eks-membri tal-ġudikatura li għandhom l-esperjenza kollha u li jafu l-liġijiet u minħabba l-fatt li jidher li l-Kap tal-Oppożizzjoni għad għandu d-dubbju, mhux biss stiedinih biex jinnomina membru tal-ġudikatura tal-fiduċja tiegħu, iżda li l-istess membru jkun hu li jmexxi l-Bord ta’ inkjesta, spjega l-Mexxej Laburista. Minkejja dan qal il-Prim Ministru sa issa sfortunatament il-Kap tal-Oppożizzjoni jidher li ma jridx dan kollu u allura jiddispjaċini ngħid li l-kliem li huwa jgħid ma jridx isarrfu, aħna min-naħa tagħna rridu l-verità u mhux li noqgħodu nilgħabu l-logħba politika. Jien l-ewwel wieħed irid li joħorġu l-fatti kollha, li toħroġ il-verità kollha u dak huwa li qed nippruvaw nagħmlu u issa jekk l-Oppożizzjoni ma tridx wara li għamlet dawn il-jiem kollha titkellem, li ma tridx li hi terfa’ r-responsabbilità tagħha lejn il-poplu, allura jkollna nikkonkludu li l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux vera qed jiġri wara l-verità iżda wara l-punti politiċi" stqarr Joseph Muscat.

 

Hazwn taħt qed nirriproduċu l-ittra li ntbagħtet il-bieraħ filgħaxija mil-Prim Ministru li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma weġibx

 

22 Novembru 2014

Onor Dr Simon Busuttil

Kap ta' l-Oppozizzjoni

Dar Centrali Partit Nazzjonalista

Triq Herbert Ganado, tal-Pieta'

Pubblikament inti qieghed tivventila numru ta' allegazzjonijiet fir-rigward tal-kaz li kien involut fih membru tal-Korp tal-Pulizija assenjat mal-Ministeru ghal-Intern u Sigurta' Nazzjonali nhar id-19 ta' Novembru, 2014.

Fid-dawl ta' dawn l-allegazzjonijiet jiena ddecidejt li nahtar Bord ta' Inkjesta ai termini ta' l- Att dwar l-Inkjesti.

L-ghan ta' din l-Inkjesta hu li jigi determinat jekk kienx hemm involviment mhux lecitu min- naha tal-Ministru Emmanuel Mallia u/jew ufficjali ohra fil-kaz imsemmi u tigi ddeterminata l-vericita' jew le tal-allegazzjoni li l-Ministru intervjena biex jghatti l-agir ta' dina l-persuna.

Jiena ddecidejt li l-Bord ghandu jkun maghmul minn tliet persuni u dawn il-persuni ghandhom ilkoll ikunu nies li kienu jservu lil pajjizna bhala membri tal-gudikatura.

Peress li skont l-Att dwar l-Inkjesti wiehed minn dawn it-tliet persuni ghandu jservi bhala Chairperson ta' dan il-Bord, qieghed formalment nistiednek tibghatli isem ta' gudikant irtirat tal-fiducja tieghek sabiex dan il-gudikant irtirat ikun mhux biss membru ta' dan il-Bord izda jkun ukoll jippresiedi l-istess Bord.

Il-Bord se jinghata zmien definit ta' hmistax-il gurnata mid-data tal-hatra biex jikkonkludi x- xoghol tieghu.

Minhabba n-natura tal-kaz wara l-allegazzjonijiet li saru, nitolbok biex tibghatli n-nomina tieghek sa' ghada, 23 ta' Novembru 2014 fis-1800.

Anness nitolbok issib it-termini tal-hatra. Inselli ghalik,

Joseph Muscat

Prim Ministru

 

More in Politika