Muscat jitlob lil Busuttil li jagħżel l-Imħallef hu biex imexxi l-inkjesta

Il-bord tal-inkjesta se jkun magħmul minn tliet eks imħallfin mmexxija minn dak li jagħżel Busuttil

Muscat fuq Twitter kiteb id-deċiżjoni tiegħu u jrid li Busuttil jappunta eks imħallef tal-għażla tiegħu biex imexxi l-inkjesta dwar il-każ tal-isparatura tax-xufier tal-Ministru Mallia fejn qed jissemma li kien hemm 'cover up' dwar l-inċident ta' nhar l-Erbgħa.

Aktar kmieni Busuttil akkuża lil Muscat li hu kompliċi jekk jirrifjuta li jneħħi lil Mallia. Issa jidher li se jkun hemm inkjesta oħra separata minn dik maġisterjali magħmula minn tliet eks mħallfin u jmexxiha dak li jagħżel Simon Busuttil.


 

More in Politika