‘Il-Farell’ jitfa' n-nomina tiegħu

B’kollox hemm sitt kandidati li jistgħu jikkontestaw l-elezzjoni każwali

Joseph Farrugia ‘il-Farell’
Joseph Farrugia ‘il-Farell’

Hekk kif il-Membri Parlamentari Ewropej approvaw il-Kummissjoni Ewropea taħt it-tmexxija ta’ Jean Claude Juncker, li fiha jagħmel parti l-Kummissarju Malti ġdid Karmenu Vella, skatta immedjatament il-ħsieb ta’ min se jkun qed jimla l-post battal li ħalla warajh il-Perit Vella.

B’kollox hemm sitt kandidati li jistgħu jikkontestaw l-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Karmenu Vella. Dawn huma Robert Henry Bugeja, Mario Calleja, Joseph Farrugia, Edric Micallef, Marion Mizzi u Anthony Zammit. Jidher iżda li l-aħjar ċans hu għaż-Żurrieqi Joseph Farrugia, magħruf aħjar bħala l-Farell li diġà kien fil-Parlament matul il-leġislatura qasira ta’ Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998.

Jidher issa li Josef Farrugia tassew tefa' n-nomina tiegħu flimkien ma' Edric Micallef.

Fl-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013 Joseph Farrugia kien ġab total ta’ 1,004 voti fl-ewwel għadd u kien l-aħħar wieħed minn fost il-kandidati li waqa’ fis-17-il għadd.

Ta’ min isemmi li din se tkun l-14 elezzjoni każwali matul din il-leġislatura.

More in Politika