Kieku tirbaħ il-jackpot tal-lotterija MegaMillions, liema dar ta’ ċelebrità tiddeċiedi li tixtri?

Ta’ Celine Dion? Michael Jordan? Forsi anke ta’ Beyonce? Ejja naraw

 

B’jackpot tal-MegaMillions li laħaq xejn inqas minn €342 miljun, mhux waħda biss minn dawn il-vilel lussużi, kbar u spettakolari tkun taffordja. X’aktarx li tkun taffordja l-10 li huma. Liema waħda (jew għaxra) minn dawn togħġbok l-aktar?

L-ebda lista ta’ ċelebritajiet mhu kompluta jekk ma tkunx tinkudi lil Oprah Winfrey. Mela ejja nibdew biha. Id-dar tagħha tiswa madwar €82,000,000 u tinsab f’Monteciton f’Kalifornja. B’kollox għandha sitt ikmamar tas-sodda, 14-il kamra tal-banju, 10 fireplaces, ċinema u għadira ddedikata biss lill-kollezzjoni unika ta’ ħut li għandha. Ma tolqtokx? Ejja naraw oħra?

Jerry Seinfeld? Kummidjant famuż u produttur ta’ programmi iżda wkoll sid ta’ dar enormi li tiswa madwar €30,000,000. Din tinsab fi New York. X’tinkludi? Fost ħafna aktar, din tinkludi grawnd tal-baseball u garaxx għal 22 karozza. Qrajt sewwa. 22 karozza.

Il-kantanta famuża Celine Dion xtrat żewġ plots fil-Gżira Jupiter fi Florida. Biddlithom f’kumpless oażi li jiġbor fih għexieren ta’ pools, pont u xmara li tgħaqqad iż-żewġt idjar. Jiswew xejn inqas minn €70,000,000. Jekk trid...għall-bejgħ!

Il-leġġenda tal-Basketball Michael Jordan huwa sid ta’ dar enormi f’Chicago li tiswa €20,000,000. Din tinsab moħbija wara gradi enormi u għadd ta’ siġar. Għandu xi kamra partikolari? Jekk tpejjep is-sigarri, għandek kamra għalik. Ma jistax jonqos. Għadu wkoll basketball court.

Jay Z and Beyonce. Dar fuq biċċa art ta’ 14,000 metru kwadru f’Los Angeles. Tinkludi studjow tal-arti, spa, sitt ikmamar tas-sodda u pool daqs dawk li jintużaw fl-Olimpjadi. Tiswa  €43,000,000.

Nibqgħu mal-kantanti. Taylor Swift. Sid ta’ djarn mal-kosti f’Rhode Island, Beverly Hills u Tribeca f’Manhattan. Bejniethom jiswew €40,000,000. Jekk tirbaħ il-jackpot tal-MegaMillions tkun taffordjahom.

Fl-aħħar u mhux l-inqas. Bill Gates. Poġġi ftit bilqiegħda qabel taqra dak li ġej. Bħala fundatur ta’ waħda mill-aktar kumpaniji li tagħmel profitt fid-dinja, Gates ma sab l-ebda problema li jixtri propjetà li tiswa €145,000,000 f’Medina, f’Washington. Fost oħrajn għandu għalqa enormi għall-bowling, librerija enormi u pool b’sistema ta’ mużika taħt l-ilma. Naħseb biżżejjed.

Se tieħu ċans? YoBetit u YoMillions se tieħu ħsiebek. B’biljetti li jiswew €2.99 biss, bla dubju hija worth it.

More in Kummer?jali