Ivvjaġġa ma’ Hamilton Travel; Fiera tal-ivvjaġġar bejn id-9 u l-11 ta’ Marzu

Se ssiefer? Mela titlifx Fiera ta’ Hamilton Travel minn nhar il-Ġimgħa sa nhar il-Ħadd u idħol fiċ-ċans li tirbaħ...

Il-Portugall. Waħda mid-destinazzjonijiet il-ġodda ta’ Hamilton dan is-Sajf
Il-Portugall. Waħda mid-destinazzjonijiet il-ġodda ta’ Hamilton dan is-Sajf

L-2018 se tkun qed timmarka direzzjoni ġdida għal waħda mill-aktar aġenziji tal-ivvjaġġar popolari Maltin, Hamilton Travel.  U dan hekk kif Hamilton Travel din is-sena se tkun qed itella’ fiera esklussivament għaliha għal dawk kollha li jħobbu jivjaġġaw u li qed jippjanaw safra.

Hamilton Travel, hija waħda mill-aġenziji tal-ivvjaġġar prinċipali f’Malta u għandha 25 sena ta’ esperjenza.  Illum saret sinonima ma’ vjaġġar ta’ kwalità, hekk kif ilha għal snin twal isservi ta’ ispirazzjoni għall-familji Maltin u Għawdxin fl-ivvjaġġar tagħhom.  Mhux hekk biss, Hamilton Travel kienet ukoll pijuniera fl-ivvjaġġar lejn destinazzjonijiet diversi, fosthom, l-Italja, it-Turkija u Disneyland.

Illum, Hamilton Travel qed taħdem qatigħ biex tiskopri destinazzjonijiet ġodda li jirrispondu tajjeb għax-xejriet il-ġodda tal-ivjaġġar tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-Portugal huwa fost dawn id-destinazzjonijiet ġodda. Dan huwa pajjiż li qed isir dejjem iktar popolari, bil-kapitali Liżbona magħrufa bħala belt mill-aktar vibranti u mimlija kultura. Grazzi għal Hamilton Travel, minn dan is-sajf, tista’ tgawdi dan il-pajjiż mill-isbaħ, bl-aħjar prezzijiet.

Dan biex ma nsemmux ukoll il-fatt li sa mill-1996, Hamilton Travel kienet l-aġent esklussiv ta’ waħda mill-akbar u l-aqwa kumpaniji tal-cruises, MSC Crociere, li jopera cruises li jibdew u jispiċċaw f’Malta kif ukoll vjaġġar permezz ta’ ‘Fly & Cruise’, li jfisser illi tivvjaġġa lejn id-destinazzjoni  illi minnha jkun se jitlaq il-cruise.

Din il-fiera se ssir bejn nhar il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd li ġej u se titella’ fil-Magazino Terminal fil-Valletta Waterfront. Id-dħul se jkun b’xejn.

Dawk kollha li se jattendu għal din il-fiera se jkollhom l-opportunità li jitkellmu direttament mad-‘Destination Leaders’ li se jkunu qegħdin fil-post biex jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa kif ukoll biex jinfurmaw aktar lill-pubbliku dwar destinazzjonijiet ġodda li qed toffri Hamilton Travel. Dawk li se jattendu se jkunu jistgħu jiskopru wkoll aktar dwar vjaġġi magħmulin apposta għalihom, biex il-vaganza tkun dik li jixtiequ huma, fejn jixtiequ huma u fil-perjodu li jridu huma.

Apparti minn hekk, dawk kollha li se jattendu se jidħlu fiċ-ċans li jgawdu minn rigali, skonti u offerti speċjali, apparti wkoll divertiment, xorb u ikel.

Mela tinsiex, minn nhar il-Ġimgħa sal-Ħadd li ġej; Il-Valletta Waterfront għall-fiera tal-Hamilton Travel.

Il-fiera se tkun miftuħa f’dawn il-ħinijiet; Il-Ġimgħa  9 ta’ Marzu mis-6:00 p.m sad-9:00 p.m, is-Sibt 10 ta’ Marzu mit-3:00 p.m sat-8:00 p.m u l-Ħadd 11 ta’ Marzu mill-10 a.m sas-1:00 p.m u mit-3:00 p.m sat-8:00 p.m.

Tistgħu ssegwu lil Hamilton Travel fuq il-Paġna ta’ Facebook tal-istess kumpanija jew inkella fuq Instagram hamiltontravel_malta.

More in Kummer?jali