Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Għaqda Franċiża tal-konsumaturi tieħu lil Apple l-Qorti

Franza se jkun l-ewwel pajjiż fejn rappreżentanti ta’ Apple se jkollhom jispjegaw fil-Qorti ċertu prattiċi fuq mudelli tal-iPhone

Jesmar Baldacchino / 29 ta' Diċembru 2017 09:48
Għaqda tal-Konsumaturi fi Franza se ttella’ lill-kumpanija Apple quddiem il-Qorti Franċiża minħabba li l-kumpanija Amerikana deliberatament qed tnaqqis il-prestazzjoni ta’ ċertu mudelli tal-iPhone, biex il-konsumaturi jitħajjru jixtru mudelli ġodda.

Skont il-liġijiet fi Franza, din il-prattika hija illegali.

Franza se jkun l-ewwel pajjiż fejn rappreżentanti ta’ Apple se jkollhom jispjegaw fil-Qorti l-prattika li kienet qed tintuża fejn permezz ta’ ‘updates’ regolari tal-iPhone kienet qed titnaqqas il-prestazzjoni ta’ mudelli li ilhom li daħlu fis-suq bħalma huma l-iPhone 5 u l-iPhone 6.

Dawn ix-xnigħat kienu ilhom jidwu mal-konsumaturi iżda fl-aħħar jiem ġie kkonfermat li permezz ta’ dawn l-‘updates’ il-prestazzjoni tal-mowbajl kien qed jonqos drastikament minħabba l-batteriji li jkunu waslu biex jispiċċaw.

Min-naħa ta’ Apple, li għandha kapital li jammonta għal $900 biljun, ittieħdet id-deċiżjoni li jitnaqqas il-prezz ta’ batteriji ġodda b’$50 u li matul il-bidu tas-sena d-dieħla se tipproduċi app li biha l-konsumaturi jkunu f’qagħda aħjar li jaraw kif batterija li tkun waslet biex tmut tkun qed ixxekkel il-prestazzjoni ta’ ċertu mudelli tal-iPhone.

Il-kumpanija iżda ċaħdet li kienet qed tieħu deċiżjonijiet li jxekklu d-drittijiet tal-konsumaturi.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook