Il-President fi żjara fil-General Soft Drinks Ltd.

Il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca żaret il-bini ta’ The General Soft Drinks Company Ltd fil-Marsa. Il-President kienet milqugħa minn Maria Micallef COO tal-Kumpanija u minn membri tal-maniġment. 

Il-President Coleiro Preca ngħatat żjara gwidata madwar l-impjant fejn assistiet għall-proċess tal-produzzjoni, l-ibbottiljar u l-ippakkjar tax-
xarbiet manifatturati mill-kumpanija. Waqt din iż-żjara l-President kellha l-opportunità li tiltaqa’ u titkellem ma' diversi impjegati tal-kumpanija. 

Fl-indirizz tagħha, il-President Coleiro Preca faħħret il-kumpanija General Soft Drinks għall-kontribut li tagħti għall-ekonomija Maltija u għal
opportunitajiet ta’ xogħol għan-nies li jgħixu fis-soċjetà Maltija. Coleiro Preca faħħret ukoll il-kumpanija għall-impenn fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali u rringrazzjat lill-maniġment u lill-impjegati għall-appoġġ kontinwu tagħhom lill-Malta Community Chest Fund Foundation.
"Nifraħ lil General Soft Drinks Company Ltd, lill-maniġment u lill-impjegati mhux biss għal kontribut sostanzjali fl-ekonomija Maltija, iżda
għal eżempju li jgħatu lil kumpaniji oħra fil- qasam tar-responsabbiltà soċjali permezz ta’ diversi inizjattivi li huma mmirati biex jippromwovu l-
iżvilupp sostenibbli li jikkontribwixxu direttament għall-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet. Eżempju ta’ dan huwa l-proġett Alter Aqua li għamel
possibli l-installazzjoni ta' Grey Water Recycling Plant fiċ-ċentru tar-riżorsi ta’ Hellen Keller u r-restawr tal-ġibjun fil-Palazz ta' San Anton,"
qalet l-Eċċellenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.

F'isem l-impjegati kollha, Maria Micallef irringrazzjat lill-President talli żaret il-kumpanija u għall-passjoni tagħha għall-ġustizzja soċjali. "Bħala kumpanija nemmnu li s-sostenibbilità tan-negozju tagħna hija direttament marbuta mal-ġid tas-soċjetà u l-prosperità ta’ pajjizna u aħna impenjati li nagħmlu impatt posittiv dejjiemi f’Malta. 

Permezz tal-ħidma tagħna is-sistema tiġġenera attitività ekonomika ta’ 50 miljun Ewro f’ valur miżjud mal-ekonomija Maltija, li hija ekwivalenti għal 0.6% tal-prodott gross domestiku ta’ Malta. Fi sħubija ma' NGOs internazzjonali u lokali, aħna nkomplu ninvestu f’proġetti ta’ solidarjetà soċjali, proġetti ambjentali u edukattivi. Aħna kburin li nappoġġaw l-inizjattivi nobbli tal-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund," qalet Maria Micallef COO ta' The General Soft Drinks Company Ltd.

More in Kummer?jali