L-Air Malta tinawgura r-rotta ta’ Tel Aviv

Titjiriet tal-Air Malta minn Malta għal Tel Aviv min issa se jkunu disponibbli tliet darbiet fil-ġimgħa

Illum, l-Air Malta inawgurat servizz skedat ġdid lejn il-belt vibranti ta’ Tel Aviv. Dan is-servizz, li se jopera sa tliet darbiet fil-ġimgħa fuq ġimgħat li jalternaw, se jgħaqqad lil Malta mal-ajruport Ben Gurion ta’ Tel Aviv. It-tnedija ta’ din ir-rotta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Air Malta bħala l-operatur ewlieni li jgħaqqad il-gżejjer Maltin ma’ reġjuni importanti fl-Ewropa u fil-Mediterran.

Bħalma hi l-użanza, il-passiġġieri abbord l-ajruplan intlaqgħu b’ċerimonja li fiha nqasam kejk ġewwa t-terminal biex tiġi ċċelebrata din ir-rotta ġdida. Din hija l-ewwel titjijra Iżraeljana fl-iskeda tal- Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u li se tkompli ssaħħaħ in-netwerk preżenti li ġħandu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta billi tġħaqqdu mal-Lvant Nofsani.

“Aħna ninsabu kburin li llum ilħaqna pass importanti ieħor u rnexxielna nawguraw Tel Aviv bħala d-destinazzjoni l-ġdida skedata tagħna għal din is-sena. Għal bosta snin offrejna din ir-rotta bħala destinazzjoni charter, billi ħdimna mill-qrib ma’ operaturi tal-ivvjaġġar ewlenin Iżraeljani. Issa li s-suq kiber biżżejjed, ninsabu kunfidenti li l-inawgurazzjoni ta’ din ir-rotta bħala servizz skedat se ssarraf f’opportunitajiet ġodda għaż-żewġ pajjiżi,” ikkumenta Joe Galea, Aġent Kap Eżekuttiv tal-Air Malta.

Tel Aviv hija t-tieni l-akbar belt tal-Iżrael, destinazzjoni kosmopolitana u vibranti mal-Baħar Mediterran. Hija sinjura fil- kultura u tospita numru kbir ta’ mużewijiet. Diversi attrazzjonijiet kulturali jagħmlu din il-belt post uniku. Il-vjaġġaturi jistgħu jesploraw Jaffa l-Qadima li hi tassew affaxxinanti u li tinsab fin-Nofsinhar ta’ Tel Aviv u jistgħu jammiraw ukoll l-isqaqin pittoreski taġħha.

Minħabba li huwa post fejn jiltaqgħu tliet reliġjonijiet monoteistiċi ewlenin, l-Iżrael joffri diversi postijiet ewlenin sagri u storiċi li jipprovdu esperjenza unika u differenti. Il-belt ta’ Tel Aviv mhijiex biss dwar l- istorja, ir-reliġjon u l-arti, iżda hija wkoll mexxej fit-tradizzjonijiet kulinari.

L-iskeda tat-titjiret sejra topera kif ġej fuq ġimgħat li jalternaw:

 

 

More in Kummer?jali