Il-Bank HSBC Malta rrikonoxxa l-kontribut siewi ta’ għadd ta’ impjegati tiegħu għad-dedikazzjoni, kompetenza u ħila li urew matul is-sena l-oħra.
Ir-rebbieħa kienu onorati bil-premju ta’
Employees Excellence Awards waqt l-attività annwali tas-sajf tal-Bank li saret fil-Forti ta’ Sant’Anġlu. HSBC Malta hu wieħed mill-ikbar kumpanniji fis-settur privat li jimpjega persuni f’Malta, u dawn l-unuri huma inizjattiva ewlenija fi ħdan il-programm intern tal-Bank biex jippromwovi l-aqwa servizz.
Iktar minn 200 impjegat, maniġers u t-timijiet tagħhom kienu nominati għat-tmien kateġoriji ta’ din is-sena. Ir-rebbieħa tal-
Excellence Awards kienu -
Customer Excellence Award: Ivan Galea;
Cost Conscious Excellence Award: Marica Delia;
Best Growth Initiative Excellence: Raymond Bugeja;
HSBC Values Excellence Award: Joseph Attard;
Protecting Our Business Excellence Award: Patrick Pace;
Corporate Sustainability Award: Maria Rapinett;
Outstanding New Recruit Excellence Award: Glen Mifsud.
It-tim ta’
Finance and Lending Services rebaħ it-
Team Excellence Award. Il-membri tat-tim kienu jinkludu lil Dennis Gravina, Robert Ancilleri, Nathalie Abela, Doreen Cunningham, Brian Baldacchino, Andrea Gerada, Sonya Chircop, u John Heywood.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta Andrew Beane rringrazzja lir-rebbieħa u lin-nominati kollha: “Dawn il-kollegi huma xhieda tax-xogħol siewi li qed isir ta’ kuljum f’HSBC Malta. L-impenn straordinarju ta’ dawn l-impjegati jwassal biex jinħoloq impatt pożittiv ta’ kuljum mhux biss għall-Bank, imma anki għall-komunità li fiha jgħixu u jaħdmu. HSBC jinsab onorat li qed jirrikonoxxi u jiċċelebra dawn l-individwi u timijiet.”
Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej.
Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.