Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Jitħabbru r-rebbieħa tal-premijiet tal-aqwa omm u missier

7 ta' Lulju 2016 11:32
Ir-rebbieħa tal-premjijiet għall-Aħjar Omm u l-Aħjar Missier ġew ippreżentati bil-premjijiet tagħhom mis-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru, waqt ċelebrazzjoni speċjali t-Tlieta 28 ta’ Gunju waqt it-tnehida tal-‘Malta Baby and Kids Directory 2016’ fil-Malta National Aquarium, il-Qawra.

F’Marzu ta’ din is-sena bdiet il-kampanja biex jintagħzlu l-Aħjar Omm u L-Aħjar Missier fejn il-publiku gie mistieden jinnomina lil xi ħadd tal-familja jew ħabib li jħossu li ħaqqhom dan il-premju. Intbagħtu ħafna nominazzjonijiet u 6 finalisti ġew magħżula. Il-pubbliku seta' jivvota ghal-dawn il-finalisti u fl-aħħar, bl-għajnuna ta’ grupp ta’ ġudikaturi intagħżlu Lorinda Mamo, bħala l-Aħjar Omm u Martin Grech, bħala l-Aħjar Missier.

L-istejjer tagħhom jinstabu fl-aħħar edizzjoni tal-Malta Baby & Kids Directory. Ir-rebbieħa gew ippreżentati bil-premjijiet tagħhom li kienu jinkludu: weekend break fil-lukanda lussuza Corinthia Hotel St George’s Bay, Ikla għal erbgħa fir-ristorant rebbieħ – Best Children Friendly Restaurant tad-Definitive(ly) Good Guide to Restaurants in Malta & Gozo, iPlace, Marsaxlokk; Hamper bi prodotti tan-Nestle u kejk ta’ kommemorazzjoni mingħand Busy Bee.

It-tema tal-kompettizjoni tat-tpinġija tat-tfal għall-faċċata tal-ktieb sponsorjata mill-kumpanija Faber Castell kienet ‘Saving Malta’s Unique Environment’ u ntrebħet miċ-ċkejken Dante Pace ta’ 4 snin. It-tieni ġiet Taya Pace ta’ 6 snin.

Il-pittura tar-rebbieh tidher fuq il-faccata tal-10 edizzjoni tal- Malta Baby & Kids Directory li ħareġ fit-28 ta’ Ġunju. Il-ktieb huwa referenza essenzjali għall-ġenituri u ‘carers’ tat-tfal f’Malta u Ghawdex. In-nisa tqal jistgħu jakkwistaw kopja b’xejn mill-‘Maternity out patients’ ta’ Mater Dei.

Fuq is-sit www.maltababyandkids.com tista ssib b’xejn informazzjoni ta’ servizzi għal-genituri kollha li hemm fid-direttorju, fl-istess waqt huwa referenza ghal dak kollu li jistgħu jigu bzonn u jinkludi attivitajiet ghal-familja, servizzi u prodotti tul is-sena kollha. Min jinkiteb b’xejn fuq is-sit jibda jirċievi ‘e-newsletter’ ta’ kull xahar mimli b’aħbarijiet, attivitajiet u kompetizzjonijiet b’rigali sbieħ.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook