Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Cisk Pilsner: birra leġġendarja għal dawk li jridu biss l-aħjar

Albert Gauci Cunningham / 12 ta' Ġunju 2016 20:52
Cisk Pilsner
Iċ-Cisk Pilsner, il-birra oriġinata mill-Birrerija ta’ Farsons lejn tmiem l-erbgħinijiet, reġgħet ġiet introdotta fis-suq. Din hi Pilsner mill-aqwa li tgħaqqad l-eċċellenza u l-passjoni tal-birrerija max-xgħir Pilsen tal-ifjen kwalità u l-hops Noble tal-varjetà Saaz. Din il-birra friskanti, b’palat partikolarment tajjeb, fiha 5.5% mill-kontenut tagħha alkoħol u toffri lil dawk li jħobbu l-birra prodott tajjeb, b’rawgħa rikka bajda, bi mrar delikat u b’aroma mill-aqwa li toriġina miż-żjut essenzjali rikki preżenti fin-Noble hops.

Iċ-Cisk Pilsner perfetta għal ma’ ikliet ħfief bl-għaġin u mar-risottos tal-ħut, il-frott tal-baħar, mas-salamun affumigat u ma’ tjur imsajrin f’ingredjenti ħelwin u pikkanti. Il-ġobon frisk bħall-ġbejniet, il-mozzarella friska u l-light cheddar ukoll jinżlu għasel maċ-Cisk Pilsner.

Susan Weenink, Head of Marketing and Communications ta’ Farsons, qalet li, “Is-settur tal-birra qed jerġa’ jsir eċitanti, wara perjodu ta’ tnaqqis fil-bejgħ f’numru ta’ swieq madwar id-dinja. Il-konsumaturi tal-birra qed jinteressaw aktar ruħhom fin-numru kbir ta’ birer ġodda, l-aktar fil-‘craft beers’ jew fil-birer speċjali li qed ikunu mnedija. Iċ-Cisk Pilsner hi riżultat ta’ ħafna snin ta’ żvilupp u investiment u ninsabu sodisfatti ħafna li wasalna s’hawn.

Eugenio Caruana, Head Brewer ta’ Farsons qal li, “Ninsabu kburin ferm bl-eċċellenza u bil-kapaċitajiet tagħna fis-settur tal-birra. Kunfidenti li dawk li jħobbu l-birra se japprezzaw u jieħdu gost b’din il-birra speċjali. Iċ-Cisk Pilsner hi tassew Pilsner ta’ kwalità eċċezzjonali.”

 

Karl Bondin, Beer Manager ta’ Farsons żied jgħid li, “Iċ-Cisk Pilsner tinsab fi fliexken ta’ 33ċl f’numru ta’ ristoranti, bars u ħwienet tax-xorb f’Malta u Għawdex, kif ukoll fil-ħwienet ewlenin. Naturalment, iċ-Cisk Pilsner se tkun ukoll fil-Farsons Beer Festival li se jsir f’Ta’ Qali bejn it-22 u l-31 ta’ Lulju 2016.”

 

Iċ-Cisk Pilsner hi prodotta, ippakkjata u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc.

 

Albert Gauci Cunningham, 32 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta Illum u tas-sit illum.com.mt f'Ġunju tal-2015. Gauci Cunningham kien ġurnalista mal-Union Print. Gauci Cunningham jispeċjalizza l-aktar fi stejjer analitiċi-politiċi u anke soċjali li l-gazzetta ILLUM issa saret iktar popolari għalihom, kif ukoll fi stejjer relatati ma' politika nazzjonali u internazzjonali. Gauci Cunningham irraporta minn diversi Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-qalb Gauci Cunningham hemm kwistjonijiet soċjali, fosthom il-faqar, il-kirjiet u l-ġustizzja soċjali.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook