Workshop intern għall-aġenti kollha ta’ Belair Property

Uħud mill-aġenti ta’ Belair waqt il-workshop
Uħud mill-aġenti ta’ Belair waqt il-workshop

Fil-bidu ta’ Diċembru, Belair Property organizzat workshop intern għall-aġenti kollha tagħha, fejn kienu aġġornati dwar bidliet reċenti fil-leġislazzjoni dwar taxxa fuq il-proprjetà, l-iskemi ġodda ta’ residenza u viża, u kif ukoll xi aġġornamenti dwar proċeduri interni tal-kumpanija. Is-sessjoni ntemmet bi preżentazzjoni interessanti ħafna mill-kelliem motivazzjonali Matthew Kimberley.

Id-Direttur Maniġerjali Ian Casolani, fl-introduzzjoni tiegħu, qal li kien importanti li bħala waħda mill-aġenziji ewlenin tal-proprjetà f'Malta, Belair Property tkompli żżomm il-konsulenti tal-proprjetà tagħha mħarrġin u infurmati fuq il-bidliet fis-settur, peress li dan iħalli impatt qawwi fuq il-mod kif jittrattaw mal-klijenti tagħhom.

“M’huwa l-ebda sigriet li dak li jiddistingwi ‘l Belair Property mill-aġenziji l-oħrajn huwa l-mod kif nikkomunikaw u nittrattaw il-klijenti tagħna – kemm jekk huma sidien jew xerrejja prospettivi. L-inizjattiva l-ġdida tagħna msemmija ‘MyBelair’ hija eżempju ewlieni ta’ dan. Aħna nidħlu fid-dettal għax nemmnu li huwa dan li finalment jagħmel in-negozjar tal-proprjetà pożittiv għaż-żewġ naħat,” żied is-Sur Casolani.

Fl-aħħar parti tal-workshop, l-intervent tas-Sur Kimberley, b’mod umoristiku u ħafif, għen lill-aġenti jiffukaw fuq għaliex dak li jagħmlu huwa verament importanti u dan, l-aktar fil-mod kif iħarsu lejhom infushom, janalizzaw dak li jagħmlu u jieqfu jaħsbu ftit fuq dawk l-affarijiet li jagħmlu b’mod awtomatiku.

“Fi tmiem ta’ dik li kienet sena ta’ suċċess għal Belair Property, kien importanti li niltaqgħu lkoll bħala tim, nanalizzaw ir-riżultati tagħna u nħejju ruħna għas-sena li ġejja,” temm jgħid is-Sur Casolani.

 

More in Kummer?jali